Lingwi
Ikseb l-App

Appoġġ bil-posta elettronika

Jekk qed tfittex parir jew informazzjoni minn membru tat-tim ta’ Gambling Therapy iktbilna!

Meta l-helpline tkun magħluqa, tista’ tikkuntattja lil Gambling Therapy permezz ta’ ittra elettronika; l-għan tagħna huwa li nwieġbu fi żmien tmienja u erbgħin siegħa. Madanakollu, xi drabi persuna tippreferi tkellimna b’dan il-mod, milli tuża l-gruppi jew il-helpline, għalhekk tista’ tuża l-posta elettronika biex tikkuntattjana anke jekk ikun hemm konsulent online.  Gambling Therapy toffri servizz internazzjonali madwar tmienja u għoxrin pajjiż; li jagħmel l-għażla ta’ għajnuna u appoġġ permezz tal-posta elettronika globali, u aċċessibbli jekk l-ewwel lingwa tiegħek mhijiex l-Ingliż.
Is-servizz tal-posta elettronika huwa disponibbli għal kull min jgħix barra mir-Renju Unit u għandu problema tal-logħob tal-azzard jew dawk affettwati mil-logħob tal-azzard minħabba xi ħadd viċin tagħhom. Aħna nappoġġaw ukoll individwi li għandhom konnessjoni mal-proġetti residenzjali permezz tal-posta elettronika.