Lingwi
Ikseb l-App

Appoġġa lil Gambling Therapy permezz ta’ Donazzjonijiet, Volontarjat jew CSR

Agħti donazzjoni lil Gambling Therapy

Aħna niddependu fuq donazzjonijiet magħmula lilna minn dawk li jużaw is-servizzi tagħna jew dawk fl-industrija li jixtiequ juru impenn ta’ responsabbiltà soċjali. Mingħajrhom ma nkunux nistgħu noffru s-servizzi tagħna. 

B’dan il-ħsieb nittamaw li dawk li jirċievu l-appoġġ tagħna ser jappoġġawna wkoll biex inkunu nistgħu nkomplu ngħinuk fil-vjaġġ ta’ rkupru tiegħek. Jekk tista’, jekk jogħġbok ikkunsidra li tagħti donazzjoni. Id-donazzjonijiet kollha jmorru direttament fis-servizzi tagħna!

Agħti donazzjoni lil Gambling Therapy      

Riferituri u Sostenituri Korporati li huma Soċjalment Responsabbli 

Jekk tirrappreżenta operatur tal-logħob tal-azzard, kumpanija jew organizzazzjoni li tixtieq tirreferi lil nies għas-servizzi ta’ appoġġ tal-logħob tal-azzard online, żur il-Paġna tal-Iskema tar-Riferituri jew ikkuntattja lil rob.mabbett@gordonmoody.org.uk biex tiddiskuti l-bżonnijiet individwali tiegħek.  

Voluntiera

Kurrentement qegħdin attivament nirreklutaw voluntiera f’dawn l-irwoli li ġejjin::  

Konsulenti Online 

Biex niffaċilitaw il-helpline u l-gruppi ta’ appoġġ tagħna. Jeħtieġ li jkollok kwalifika bażika ta’ counselling u xi esperjenza ta’ xogħol fejn kont tgħin u jkollok għarfien tajjeb tal-Ingliż.  Aħna nilqgħu b’mod partikolari applikanti li jitkellmu lingwi addizzjonali.  Bħalissa b’mod speċjali għandha bżonn appoġġ minn nies li jitkellmu ċ-Ċiniż, l-Olandiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol u t-Taljan.   

Riċerkaturi Online

Biex jiċċekkjaw u jiżviluppaw il-kontenut tal-web tagħna u jaħdmu fuq il-forums tagħna. Jeħtieġ tkun kunfidenti online u jkollok għarfien tajjeb tal-Ingliż u mill-inqas lingwa waħda oħra

Biex tapplika għal xi wieħed minn dawn il-karigi, jekk jogħġbok ibgħat ittra elettronika lil support@gordonmoody.org.uk