Lingwi
Ikseb l-App

Eżerċizzji biex tgħin lilek innifsek

L-eżerċizzji li ġejjin jistgħu jkunu utli biex jagħtuk aktar għarfien dwar il-kawżi u r-raġunijiet għal-logħob tiegħek. Fl-aħħar mill-aħħar, jistgħu jgħinuk tieħu kontroll tal-imġiba tal-logħob tal-azzard tiegħek.

Djarju tal-Logħob tal-Azzard

Li żżomm reġistru huwa importanti biex tkun tista’ tikseb għarfien aħjar dwar l-imġiba tiegħek, kemm tonfoq flus u tqatta’ ħin, kif tħossok meta tilgħab, il-kawża u l-konsegwenzi tal-logħob tal-azzard.'

Fl-entrati tad-djarju tiegħek, żomm rendikont ta’' 

  • X’kont qed tagħmel
  • Ma’ min kont
  • Kemm qattajt ħin u kemm infaqt flus
  • X’tip ta’ logħob tal-azzard
  • Il-konsegwenzi

Huwa importanti li żżomm reġistru konsistenti - skont kemm-il darba tilgħab forsi tkun trid timlih bejn darba u ftit drabi kuljum.', 

Wara li timla d-djarju għal ftit ġimgħat u tħares lura lejn in-noti tiegħek forsi tkun tista’ tidentifika xi xejriet. Pereżempju, jista’ jkun li qabel tilgħab tħossok waħdek jew anzjuż.

Niżżel il-worksheet tiegħek bħala PDF

Salib it-Toroq

Dan l-eżerċizzju jinvolvi li tiżen il-problemi u l-benefiċċji li tieqaf jew tnaqqas il-logħob tal-azzard tiegħek.

Ħu l-pitazz u ikteb l-affarijiet negattivi li jistgħu jiġru jekk inkompli nilgħab u xi affarijiet pożittivi li tista’ tistenna.

Imbagħad aktar ’l isfel jew fuq paġna separata, ikteb l-affarijiet pożittivi li jistgħu jiġru jekk tieqaf tilgħab.

Niżżel il-worksheet tiegħek bħala PDF

L-evitar tar-riskji u l-kawżi

Strateġija utli, partikolarment fl-istadji bikrin għal nies li qed jipprovaw iwaqqfu l-logħob tal-azzard, huwa li jitgħallmu jirrikonoxxu u jevitaw sitwazzjonijiet li jistgħu jikkawżaw l-impuls għal-logħob tal-azzard. L-evitar huwa tattika rakkomandata sakemm tiżviluppa l-ħiliet biex tkampa u tevita li tirkadi. 

F’dan l-eżerċizzju, agħmel tabella b’żewġ kolonni. L-ewwel kolonna hija għall-affarijiet li jwassluk biex tilgħab. Eżempju ta’ kawża hija meta timxi jew issuq minn ħdejn ħanut tal-azzard inti u sejjer ix-xogħol. It-tieni kolonna hija għall-affarijiet li tista’ tagħmel biex tnaqqas il-kawżi - għall-eżempju ta’ hawn fuq, dan jista’ jkun li tibdel ir-rotta tiegħek biex tevita dawn il-bookies.

Niżżel il-worksheet tiegħek bħala PDF

Tejjeb il-ħiliet tiegħek tas-soluzzjoni tal-problemi

Huwa komuni ħafna li nies li għandhom il-problema tal-logħob jidħlu fi proċess ta’ ħsieb ċirkolari - u jaħsbu li s-soluzzjoni għall-problema tal-logħob hija li tilgħab. Li tirbaħ il-jackpot hija soluzzjoni improbabbli u mhux realistika li tagħmel biss il-problema agħar. 

Jekk tiżviluppa modi realistiċi kif issolvi problemi jew inkwiet li jistgħu jikkawżaw l-ansjetà tkun tista’ ttejjeb is-sitwazzjoni. 

Jeħtieġ tagħmel żewġ kolonni simili għall-eżerċizzju ta’ fuq. Fl-ewwel kolonna ikteb il-problema jew l-inkwiet - pereżempju, dejn tal-logħob tal-azzard - u fit-tieni, daħħal soluzzjoni realistika. Għall-eżempju tagħna, soluzzjoni realistika tista’ tkun li tgħaqqad id-djun kollha f’self wieħed b’inqas interessi; taqbel fuq pagamenti reġonevoli; jew titlob lil persuna tal-fiduċja tiegħek biex tamminstralek il-finanzi sakemm terġa’ tieħu kontroll.

Ftakar li ħafna mis-soluzzjonijiet għall-problemi tal-ħajja jeħtieġu l-ħin u l-isforz u għandhom jiġu indirizzati pass pass.

Niżżel il-worksheet tiegħek bħala PDF

 Kif tindirizza l-kilba għal-logħob

Dewmien:  Il-kilba għal-logħob tal-azzard ma ddumx għal dejjem. Wara perjodu ta’ żmien il-kilba tgħaddi. Ipprova tekniki ta’ dewmien kemm jista’ jkun qabel tilgħab u eventwalment il-kilba tgħaddi. 

Aljena: Imla l-ħin li kieku kont tuża biex tilgħab b’attività daqstant sodisfaċenti biex taljena lilek innifsek. 

Iddeċiedi: Ħu d-deċiżjoni li tieqaf tilgħab, u ftakar f’dak kollu li għandek x’titlef. Leblieba tfakkrek biss fl-affarijiet it-tajbin tal-logħob tal-azzard għaldaqstant sfida dawk il-ħsibijiet u fakkar lilek innifsek ir-raġunijiet kollha għalxiex iddeċidejt li tinbidel u tieqaf tilgħab. 

Agħti ħarsa lejn l-eżerċizzji preċedenti li għamilt biex ifakkruk fil-progress li għamilt.

Niżżel il-worksheet tiegħek bħala PDF