Lingwi
Ikseb l-App

Forums ta’ Appoġġ ta’ Gambling Therapy

Il-forums attivi ta’ appoġġ għal-logħob tal-azzard tagħna huma disponibbli 24/7 u billi n-nies jużaw is-sit tagħna madwar id-dinja dejjem ikun hemm xi ħadd biex iwieġeb il-posts tiegħek.

Il-forums attivi ta’ appoġġ għal-logħob tal-azzard tagħna huma disponibbli 24/7 u billi n-nies jużaw is-sit tagħna madwar id-dinja dejjem ikun hemm xi ħadd biex iwieġeb il-posts tiegħek.  Użahom biex tikteb dwar l-irkupru tiegħek mill-problemi tal-logħob tal-azzard, jew dwar il-maħbubin tiegħek.  Tista’ tagħmel mistoqsijiet, tappoġġa lil ħaddieħor jew sempliċiment iżżomm lil ħaddieħor aġġornat dwar il-progress tiegħek imma nitolbuk biex dejjem tużahom b’mod responabbli. Tkun teħtieġ tirreġistra biex tingħaqad fil-forum (tista’ tuża kwalunkwe isem li tixtieq; m’hemmx għalfejn ikun ismek veru). Tista’ tippostja l-istorja tiegħek dwar kif irkuprajt mill-problema tiegħek tal-logħob tal-azzard u twieġeb lil ħaddieħor. Il-kitba tistà tkun terapewtika ħafna għal l-lagħaba problematiċi u l-maħbubin tagħhom u hija referenza eċċellenti meta tħares lura.

Il-forum huwa disponibbli għal kull minn għandu problema tal-logħob tal-azzard jew dawk affettwati mil-logħob tal-azzard minħabba xi ħadd viċin tagħhom.

Aqra l-Forums

Għalfejn ma tiċċekkjax il-gruppi ta’ appoġġ tagħna?

Tixtieq titkellem ma’ oħrajn li huma f’pożizzjoni simili għal tiegħek? Qed tfittex parir, appoġġ jew informazzjoni minn nies li ilhom liberi mil-logħob tal-azzard għal ħafna snin?

Aqra l-Forums