Lingwi
Ikseb l-App
man contemplating cycle of addiction

Iċ-Ċiklu tal-Vizzju

Hemm ħafna modi kif tħares lejn il-vizzju tal-logħob tal-azzard, imma ħafna drabi jkun utli li tħares lejh bħala imġiba li mgħallma. Din l-imġiba stajt tgħallimtha minn individwu ieħor, jew tgħallimtha inti stess, imma hija xi ħaġa li ma tiġix spontanjament bħal xi marda. 

Din tista’ tkun perspettiva utli min-naħa tiegħek għaliex jekk il-vizzju tal-logħob tal-azzard tarah bħala vizzju mgħallem mela tista’ timmaġina li tista’ twarrab dan it-tagħlim u ddaħħal imġiba ġdida minflok. 

Ladarba nkunu konxji li għandna l-vizzju tal-logħob tal-azzard nistgħu nagħmlu deċiżjoni konxja biex inġibu bidla f’ħajjitna. 

Jista’ jkun utli li tqiegħed lilek innifsek f’wieħed minn dawn is-sitt stadji tal-vizzju. Dawn l-istadji mhux neċessarjament jimmanifestawx ruħhom b’mod lineari, għalkemm ħafna drabi jistgħu jsegwu lil xulxin: 

1, Qabel il-kontemplazzjoni:

Il-problema ma ġietx identifikata u għalhekk m’hemmx motivazzjoni għal bidla

2, Kontemplazzjoni:

Jiġu ħsibijiet dwar jekk bidla hijiex meħtieġa jew possibbli

3, Ippjanar:

Tittieħed deċiżjoni li bidla hija meħtieġa u possibbli - u jsiru pjanijiet fir-rigward ta’ kif dan ser iseħħ

4, Azzjoni:

Jiddaħħlu pjanijiet fis-seħħ

5, Manutenzjoni:

Jitqiegħdu ostakli biex ikun żgurat suċċess kontinwu

6, Li Tirkadi:

Il-vizzju jerġa’ jibda u l-individwu jerġa’ jidħol fl-istadju ta’ qabel il-kontemplazzjoni

Mhux il-lagħaba kompulsivi kollha jgħaddu minn kull stadju u jistgħu ma’ jidħlux fihom f’din l-ordni, madankollu, li huwa konsistenti huwa li f’kull irkupru tal-vizzju ta’ kwalunkwe tip hemm il-qawwa tat-teħid ta’ deċiżjoni konxja. Sabiex inbidlu ħajjitna l-vizzju jrid ikun għadda mis-subkonxju għall-konxju fejn jistgħu jittieħdu deċiżjonijet “b’għafrien”. 

It-trattament tal-vizzju tal-logħob ta’ Gambling Therapy

Logħob It-trattament tat-terapija tal-vizzju tal-logħob