Lingwi
Ikseb l-App

Il-Politika ta’ Privatezza ta’ Gambling Therapy

Il-Politika ta’ Privatezza ta’ Gambling Therapy

SFOND:

Nifhmu li l-privatezza tiegħek hija importanti għalik u jinteressak dwar kif l-informazzjoni tiegħek tintuża u tinqasam online. Aħna nirrispettaw u napprezzaw il-privatezza ta’ kull min iżur is-Sit Tagħna u niġbru u nużaw biss l-informazzjoni b’modi li huma utli għalik u b’mod konsistenti mad-drittijiet tiegħek u l-obbligi Tagħna skont il-liġi.

Din il-Politika tapplika għall-użu Tagħna ta’ kwalunkwe u kull data personali miġbura minna f’relazzjoni mal-użu tiegħek tas-Sit Tagħna. Jekk jogħġbok aqra din il-Politika ta’ Privatezza bir-reqqa u kun żgur li tifhimha. Meta żżur www.gamblingtherapy.org inti qed taċċetta u tagħti l-kunsens tiegħek għall-prattiki deskritti f’din il-politika.  Jekk ma taċċettax u taqbel ma’ din il-Politika ta’ Privatezza, għandek tieqaf tuża s-Sit Tagħna minnufih.

1, Definizzjonijiet u Interpretazzjoni

F’din il-Politika it-termini li ġejjin għandhom it-tifsiriet li ġejjin:

 

“Is-Sit Tagħna”

ifisser din il-websajt www.gamblingtherapy.org u

“Aħna/Lilna/Tagħna”

ifisser il-kumpanija limitata Gordon Moody Association irreġistrata fl-Ingilterra taħt 06302768,Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Karità : 1124751 li l-indirizz tagħha huwa 47 Maughan Street, Dudley, West Midlands ,DY1 2BA, UK

2, Informazzjoni Dwarna

2.1     Is-Sit Tagħna, www.gamblingtherapy.org, hija l-propjetà u operata mill-kumpanija limitata Gordon Moody Association taħt garanzija rreġistrata fl-Ingilterra taħt 06302768, li l-indirizz tagħha huwa 47 Maughan Street, Dudley, West Midlands, DY1 2BA, UK

2.2      Aħna karità rreġistrata mal-Kummissjoni tal-Karità 1124751

2.3     Għall-fini tal-Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data 1998 (l-"Att"), il-kontrollur tad-data huwa l-kumpanija limitata Gordon Moody Association Gordon Moody taħt garanzija rreġistrata fl-Ingilterra taħt 06302768, li l-indirizz tagħha huwa 47 Maughan Street, Dudley, West Midlands, DY1 2BA, UK.

Ir-rappreżentant nominat tagħna għall-fini ta’ dan l-Att huwa l-Kap Eżekuttiv.

3, Ambitu – Xi Tkopri Din il-Politika?

Din il-Politika ta’ Privatezza tapplika biss għall-użu tas-Sit Tagħna. Ma testendi għal ebda websajts li huma llinkjati mis-Sit Tagħna (kemm jekk aħna nipprovdu dawk il-links jew jekk huma xxerjati minn utenti oħra). Aħna m’għandniex kontroll fuq kif tinġabar, tinħażen jew tintuża d-data tiegħek minn websajts oħra u nagħtuk parir li tiċċekkja l-politiki ta’ privatezza ta’ tali websajts qabel tipprovdilhom xi data

4, Data Miġbura 

4.1          Informazzjoni li tagħtina. Din hija informazzjoni dwarek li tagħtina meta timla l-formoli fuq is-Sit tagħna jew meta tikkorrispondi magħna permezz tat-telefown, posta elettronika jew mod ieħor. Din tinkludi informazzjoni li tipprovdi meta tirreġistra biex tuża s-Sit tagħna, tabbona għas-servizz tagħna, tuża l-app tagħna u meta tirrapporta problema bis-sit tagħna. L-informazzjoni li tagħtina tista’ tinkludi ismek, l-indirizz postali, l-indirizz elettroniku, u n-numru tat-telefown, is-sess, il-lingwa u ż-żona tal-ħin.

4.2         L-informazzjoni li niġbru dwarek. Fir-rigward ta’ kull żjara li tagħmel fis-sit tagħna aħna awtomatikament niġbru l-informazzjoni li ġejja:

        a) Informazzjoni teknika, li tinkludi l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) użat biex jikkonnettja l-kompjuter tiegħek mal-Internet, l-informazzjoni tal-login tiegħek, it-tip u l-verżjoni tal-brawżer, is-setting taż-żona tal-ħin, it-tipi u l-verżjonijiet tal-plug-in tal-brawżer, is-sistema operattiva u l-pjattaforma.

        b)  informazzjoni dwar iż-żjara tiegħek, inkluż il-Uniform Resource Locators (URL) sħiħ, is-sekwenza tal-iperlinks lejn, permezz ta’ u mis-sit tagħna (inkluż id-data u l-ħin), il-ħin tar-rispons tal-paġna, żbalji fit-tniżżil, it-tul taż-żjarat fuq ċertu paġni, informazzjoni dwar l-interazzjoni mal-paġna (bħall-iskrolljar, il-klikjaturi u l-mouseovers), metodi użati biex tibbrawżja lil hinn mill-paġna u kull numru tat-telefown li użajt biex iċċempel in-numru tas-servizzi tal-appoġġ tagħna.

5, Kif Nużaw id-Data Tiegħek?.

5.1         Aħna nużaw id-data tiegħek:

  • biex namministraw is-sit tagħna u għal operazzjonijiet interni, inkluż is-soluzzjoni ta’ problemi, l-analiżi tad-data, it-testjar, ir-riċerka, u għal finijiet ta’ statistika u stħarriġ;
  • biex intejbu s-sit tagħna biex niżguraw li l-kontenut huwa ppreżentat bl-aktar mod effettiv għalik u għall-kompjuter tiegħek;
  • biex nippermettuk tipparteċipa f’karatteristiċi interattivi tas-servizzi tagħna, meta tagħżel li tagħmel dan;
  • bħala parti mill-isforzi tagħna biex inżommu s-sit tagħna sigur;
  • biex nagħmlu suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet lilek u lil utenti oħra tas-sit tagħna li jistgħu jkunu ta’ interess għalik jew għalihom.
  • biex intejbu s-servizzi tagħna, għal riċerka akkademika awtorizzata u applikata u/jew analiżi tal-istatistika.  
6, Informazzjoni li nirċievu minn sorsi oħra.

6.1          Aħna nagħqdu din l-informazzjoni ma’ informazzjoni li tagħtina inti u informazzjoni li niġbru dwarek. Aħna nużaw din l-informazzjoni u nagħqdu l-informazzjoni għall-finijiet stabbiliti hawn fuq (skont it-tipi ta’ informazzjoni li nirċievu).

7, Kif u Fejn Naħżnu d-Data Tiegħek?

7.1          Id-data personali kollha tinħażen b’mod sigur skont il-prinċipji tal-Att tal-Protezzjoni tad-Data 1998.

 7.2          Aħna nżommu d-data tiegħek sakemm ikollna bżonnha biex nużawha kif deskritt hawn fuq f’sezzjoni 5, u/jew għal kemm għandna permess inżommuha.

 7.2         Ftit jew id-data kollha tiegħek tista’ tinħażen jew tiġi trasferita barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (“iż-ŻEE”) (Iż-ŻEE tikkonsisti mill-istati membri kollha tal-UE, inkluż in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein). Inti titqies li taċċetta u taqbel ma’ dan billi tuża s-Sit Tagħna u tissottometti informazzjoni Lilna. Jekk naħżnu jew nitrasferixxu data barra miż-ŻEE, Nieħdu l-passi responsabbli kollha biex niżguraw li d-data tiegħek tkun ittrattata b’mod sigur daqs li kieku kienet fiż-ŻEE u taħt l-Att tal-Protezzjoni tad-Data 1998. Tali passi jistgħu jinkludu, imma ma jkunux limitati għall-użu tat-termini kuntrattwali legali bejnNa u xi partijiet terzi li Nqabbdu u l-użu tal-Mudell approvat mill-UE tal-Arranġamenti Kuntrattwali. Is-sigurtà tad-data hija importanti ħafna Għalina, u biex nipproteġu d-data tiegħek Aħna ħadna l-miżuri kollha xierqa biex nissalvagwardjaw u niżguraw il-ġbir tad-data permezz tas-Sit Tagħna.

7.3          Passi li nieħdu biex niżguraw u nipproteġu d-data tiegħek jinkludu:

 7.3.1     Passwords iċċifrati

 7.3.2     Politika dwar il-ksur tad-Data Interna

  7.4          Minkejja l-miżuri tas-sigurtà li nieħdu, huwa importanti li tiftakar li t-trażmissjoni tad-data permezz tal-internet tista’ ma tkunx kompletament sigura u nagħtuk parir li tieħu l-prekawzjonijiet xierqa meta tittrażmettilna d-data permezz tal-internet.

8, Nixxerjawha d-Data Tiegħek?

8.1          Aħna nistgħu nikkompilaw statistika dwar l-użu tas-Sit Tagħna inkluż data dwar it-traffiku, xejriet tal-użu, numri tal-utenti u informazzjoni oħra. Tali data kollha tinżamm anonimizzata u ma tinkludix informazzjoni identifikabbli personali. Aħna nistgħu minn żmien għal żmien naqsmu tali data ma’ partijiet terzi bħal finanzjaturi, sponsors u msieħba ta’ riċerka awtorizzati. Data tiġi xxerjata u użata biss fil-limiti tal-liġi.

8.2         Aħna nistgħu nużaw data anonimizzata għal riċerka applikata/akkademika imma nużaw biss data identifikabbli bil-kunsens minn qabel ta’ utenti individwali li jaqblu li jkunu involuti fil-proġett ta’ riċerka.

8.3          F’ċertu ċirkostanzi nistgħu nkunu meħtieġa bil-liġi li naqsmu ċertu data miżmuma minna, li tista’ tinkludi l-informazzjoni personali tiegħek, pereżempju, fejn aħna nkunu involuti fi proċeduri legali, fejn inkunu qed nikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni, ordni mill-qorti, jew awtorità governattiva. Aħna ma neħtieġu ebda kunsens ulterjuri mingħandek biex naqsmu d-data tiegħek f’dawn iċ-ċirkostanzi u nikkonformaw kif meħtieġ ma’ kull talba legalment vinkolanti li tintalab minna.

9, Kif Tista’ Tikkontrolla d-Data Tiegħek?

9.1     Meta tissottometti informazzjoni permezz tas-Sit Tagħna, tista’ tingħata għażliet biex tirrestrinġi l-użu tad-data tiegħek. B’mod partikolari, l-għan tagħna huwa li nagħtuk kontrolli sodi fuq l-użu tad-data tiegħek għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta (inkluż il-kapaċità li tagħżel li ma tirċevix posta elettronika mingħandna li tista’ tagħmel billi twaqqaf l-abbonament permezz tal-links ipprovduti fl-ittri elettroniċi tagħna u fil-punt meta tipprovdi d-dettalji tiegħek).

 9.2         Aħna ma naqsmux l-informazzjoni tiegħek ma’ ebda organizzazzjonijiet oħra għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, riċerka dwar is-suq jew kummerċjali u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek lil websajts oħra.

10, Id-Dritt Tiegħek li Żżomm l-Informazzjoni

Jista’ jkollok aċċess għal ċertu oqsma fuq is-Sit Tagħna mingħajr ma tipprovdi ebda data. Madanakollu, biex tuża l-karatteristiċi u l-funzjonijiet disponibbli fuq is-Sit Tagħna tista’ tkun meħtieġ tissottometti jew tippermetti l-ġbir ta’ ċertu data.

11, Kif Tista’ Taċċessa d-Data Tiegħek?

Inti għandek id-dritt legali li titlob kopja ta’ kwalunkwe data personali tiegħek miżmuma minna (fejn tali data hija miżmuma). Jekk jogħġbok ikkuntattjana għal aktar dettalji fuq support@gamblingtherapy.org, jew permezz tad-dettalji tal-kuntatt hawn taħt f’sezzjoni 12.

12, Ikkuntattjana

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar is-Sit Tagħna jew din il-Politika ta’ Privatezza, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz ta’ ittra elettronika fuq support@gamblingtherapy.org jew bit-telefown fuq 01384 241292 jew bil-posta f’47 Maughan Street, Dudley, West Midlands,DY1 2BA,UK. Jekk jogħġbok żgura li l-mistoqsija tiegħek tkun ċara, partikolarment jekk tkun talba għall-informazzjoni dwar id-data li nżommu dwarek (bħal f’sezzjoni 11, hawn fuq).

13, Bidliet fil-Politika ta’ Privatezza Tagħna

 Aħna nistgħu nbiddlu din il-Politika ta’ Privatezza skont il-ħtieġa minn żmien għal żmien, jew kif ikun meħtieġ bil-liġi. Kwalunkwe bidliet jittellgħu immedjatament fuq is-Sit Tagħna u inti titqies li tkun aċċettajt it-termini tal-Politika ta’ Privatezza mal-ewwel użu tas-Sit 

Privacy policy Gambling Therapy