Lingwi
Ikseb l-App

Il-politika ta’ Privatezza tal-Appoġġ Live

X’informazzjoni tinġabar mingħandek meta tuża s-servizz tal-appoġġ live:

  • Ismek (tista’ tuża psewdonimu)
  •  L-indirizz elettroniku tiegħek (jekk tkun ipprovdejtu)
  •  Il-belt/pajjiż tiegħek 
  • L-indirizz IP tiegħek 
  • Il-brawżer u t-tip ta’ kompjuter tiegħek 
  • Il-websajt li ddireġietek lejn is-sit tagħna
  • (fejn disponibbli) 
  • Traskrizzjoni tal-konverżazzjoni tal-helpline

Konverżazzjonijiet ta’ appoġġ huma kunfidenzjali u ma’ jistgħux jinqasmu ma’ aġenzija jew persuna oħra – bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

  • Meta membru tat-tim ta’ appoġġ ikun qed itemm shift jista’ jkun possibbli li tkompli l-konverżazzjoni tiegħek ma’ membru ieħor tat-tim. F’dan il-każ inti tintalab tagħti l-kunsens lil membru ieħor tat-tim biex jaqra t-traskrizzjoni tat-telefonata tiegħek biex ikunu jistgħu jkomplu s-segwiment. 
  • It-telefonati jistgħu jiġu riveduti minn membri oħra tat-tim tal-appoġġ ta’ Gambling Therapy biex ikun żgurat li tingħata servizz ta’ kwalità għolja. 
  • F’ċirkostanzi eċċezzjonali maniġer kliniku jista’ jiddeċiedi li l-qsim tal-informazzjoni ma’ aġenzija oħra tkun meħtieġa fejn ikun ikkunsidrat li hemm riskju serju ta’ dannu fiżiku għalik jew għal persuna oħra. F’dawn iċ-ċirkostanzi Gambling Therapy dejjem tipprova taqbel miegħek fuq l-azzjoni li għandha tittieħed kull meta jkun prattiku/possibbli, imma tirriżerva d-dritt għal azzjoni indipendenti jekk tħoss li jkun hemm il-ħtieġa.