Lingwi
Ikseb l-App

Termini u Kundizzjonijiet ta’ Gambling Therapy

Meta tirreġistra u/jew tuża l-websajt ta’ Gambling Therapy inti tirrikonoxxi u taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet kollha ta’ hawn taħt. Jekk jogħġbok innota wkoll il-politika ta’ privatezza tal-websajt ta’ Gambling Therapy. 

1.     Irrispetta f’kull ħin l-għażliet tal-ħajja, it-twemmin u l-opinjonijiet ta’ ħaddieħor anke jekk ma taqbilx magħhom.

2.     Tużax immaġnijiet tiegħek innifsek fil-posts ta’ forum billi dawn jistgħu jwasslu biex tkun identifikat.

3.     Żgura li ma toffendi jew tiddiżrispetta li ħadd intenzjonalment.

4.     Ma tistax ittella’ immaġnijiet, links jew kontenut f’posts ta’ forum li jitqiesu mhux adegwati jew li mhumiex skont l-għan tas-sit

5.     Tippostjax f’forums, jew tirreferi fi gruppi għal reklami jew links għal kwalunkwe servizz li huwa f’konflitt ma’ Gambling Therapy jew logħob tal-azzard problematiku f’materjal ġenerali jew promozzjonali għal xi organizzazzjoni kummerċjali.

6.     Tiżvelax direttament jew indirettament l-identità ta’ xi ħadd li jkun qed juża s-sit li jinkludi residenti preżenti jew passati tal-programm residenzjali ta’ Gordon Moody Association.

7.     Gambling Therapy tiskoraġġixxi bis-sħiħ li tikkuntattja membri tal-komunità barra mis-servizzi tagħna u ma taċċetta ebda responsabbiltà għar-riżultat jekk tagħżel li tagħmel dan.

8.     Tiskambjax indirizzi postali, indirizzi elettroniċi, numri tat-telefown u dettalji tal-media soċjali mal-istaff jew utenti tas-servizz.

9.     Tirrepetix informazzjoni żvelata fil-gruppi minn oħrajn preżenti fil-forums tagħna billi din l-informazzjoni hija kunfidenzjali.

10.  Tfittix li tinvolvi ruħek f’interazzjonijiet ma’ ħaddieħor li qed juża s-sit tagħna għall-finijiet ta’ riċerka jew pubblikazzjoni sussegwenti. Il-mistoqsijiet kollha dwar il-media għandhom jintbagħtu lil support@gamblingtherapy.org

11.  Kontijiet duplikati u multipli mhumiex permessi; tista’ tuża’ l-għażla insejt il-password jekk ma tiftakarx id-dettalji tad-dħul tiegħek.

12.  Jekk jogħġbok irrispetta l-privatezza tal-istaff u l-voluntiera tagħna u tipprovax iżżidhom man-netwerks professjonali jew soċjali tiegħek.  Titlobhomx l-indirizzi elettroniċi jew in-numri tat-telefown tagħhom għax it-tweġiba tkun “le” biex nippreservaw l-integrità tar-relazzjoni terapewtika.

13.  Gambling Therapy tirriserva d-dritt li tbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet, billi tippubblika dawn il-bidliet f’din is-sezzjoni. L-użu kontinwu ta’ dan is-sit wara l-bidliet jikkostitwixxu l-aċċettazzjoni tiegħek tat-termini u l-kundizzjonijiet il-ġodda.

14.  Id-data tista’ tintuża biex tgħin ittejjeb is-servizzi tagħna, għall-użu akkademiku u riċerka applikata, u/jew analiżi tal-istatistika.

15.  Jeħtieġ li jkollok tmintax-il sena jew aktar biex tirreġistra u tipparteċipa f’forums u gruppi, kull mingħandu bżonn informazzjoni u m’għandux tmintax-il sena għandu jibagħtilna ittra elettronika għal informazzjoni dwar servizzi aktar adattati.

16.  Kull theddid li se jitwettaq suwiċidju fil-forums tagħna jitneħħa immedjatament u individwi li jiżvelaw l-intenzjoni li jwettqu suwiċidju fi gruppi jintalbu jieqfu.  Jekk l-individwu jkompli, jitneħħew mill-grupp u jkun hemm ir-riskju li jiġu esklużi mis-sit wara li jiġu diretti lejn servizz xieraq.  Gambling Therapy mhijiex intiża biex tipprovdi appoġġ fi kriżi.

17.  Gambling Therapy iżżomm is-sjieda tal-kontenut kollu miżjud fil-Forum ta’ Gambling Therapy minn kwalunkwe individwu li juża s-sit u tirriżerva d-dritt li żżomm il-kontenut jekk membru sussegwentement jitlaq jew ma jitħalliex juża s-sit.

18.  Gambling Therapy tirriżerva d-dritt li tneħħi kull kontenut li jista’ jkun ikkunsidrat mhux ta’ għajnuna jew ta’ detriment għall-irkupru ta’ membri oħra tal-komunità.

19.  Il-membri kollha għandhom jirreġistraw indirizz elettroniku li jippermetti lil Gambling Therapy tagħmel kuntatt dirett mal-membru. L-indirizz elettroniku jintuża biss minn Gambling Therapy għal komunikazzjoni dwar kwistjonijiet tas-sit kif ukoll għal notifiki rigward posts jekk il-membri jkunu jixtiequ jirċevuhom. Jekk ma tirreġistrax indirizz elettroniku jista’ jwassal biex il-kontijiet tal-membri jiġu mblokkati

 

Jekk tinstab li ksirt it-termini u l-kundizzjonijiet dettaljati fuq is-sit ta’ Gambling Therapy, inti tirċievi ittra elettronika mingħand membru tal-istaff biex niddiskutu s-sitwazzjoni.  Jekk is-sitwazzjoni ma tistax tiġi riżolta b’mod sodisfaċenti jew tiġri aktar minn darba, inti tkun eskluż b’mod permanenti mis-sit.  Gambling Therapy ma toperax proċess ta’ appelli u kull deċiżjoni li tittieħed biex teskludi individwu hija finali.

Għal kwalunkwe mistoqsija jew ilment rigward dan is-sit, ibgħatilna ittra elettronika

Billi dan huwa servizz kompletament BLA ĦLAS li jiddependi fuq kontribuzzjonijiet magħmula lilna minn ħaddieħor, ħossok liberu li tagħti donazzjoni.

Aħna nirrakkomandaw l-użu ta’ Gambling Therapy bħala parti minn netwerk ta’ appoġġ usa’ għal effett massimu.  "L-intenzjoni tagħna hija li nissuplimentaw appoġġ wiċċ imb wiċċ aktar milli nissostitwuh."