Lingwi
Ikseb l-App

X’tista’ tagħmel?

Ibdel l-imġiba tiegħek:

Huwa diffiċli tbiddel l-imġiba tal-logħob tal-azzard tiegħek, speċjalment jekk il-logħob tal-azzard sar parti kbira minn ħajtek. Biex tipprova tkisser id-drawwa teħtieġ rieda qawwija u determinazzjoni imma hemm passi li tista’ tieħu issa biex tagħmilha aktar faċli twaqqaf lilek innifsek milli tilgħab u tindirizza kull problema finanzjarja jew tad-dejn li tista’ tkun qed tesperjenza. Matul dan il-proċess, tista’ tagħmel bidliet fl-istil tal-ħajja tiegħek. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ taħlita ta’ attivitajiet prattiċi jew passatempi biex tokkupa l-ħin tiegħek flimkien ma’ motivaturi pożittivi. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu xi sport, tmur il-gym, DIY jew tingħaqad ma’ xi gruppi soċjali. 

Motivaturi pożittivi jħarsu lejn il-futur u jinvolvu l-iffisar ta’ miri u li tippremja lilek innifsek meta tilħaq mira. Pereżempju, tistabbilixxi mira li ma tilgħabx għal xahar jew li tiffranka ċertu ammont ta’ flus. Premji għal kisbiet jistgħu jkunu li toħroġ tiekol mal-imsieħeb/imsieħba jew ħbieb tiegħek jew forsi toħroġ lill-familja. 

Jista’ jkun utli li tippjana attività għall-ftit jiem li jmiss. B’hekk dejjem ikollok xi ħaġa fuq xiex tiffoka. Il-pjan ta’ kulħadd huwa differenti; il-ħaġa importanti hija li ssib dak li jaħdem għalik. Tgħabbix lilek innifsek jew tipprova tippjana wisq fil bogħod – ġurnata b’ġurnata huwa tajjeb. Il-ġimgħa ta’ wara tista’ tirrepeti l-pjan tiegħek jew iżżid xi affarijiet miegħu jew aħseb fi strateġiji aħjar biex tappoġġa lilek innifsek.

Softwer ta’ imblokkar: 

Softwer ta’ imblokkar huma programmi tal-kompjuter differenti li jillimitaw aċċess għal siti jew servizzi oħra disponibbli fuq l-internet. Hemm żewġ tipi ta’ softwer ta’ imblokkar disponibbli:
1, Softwer ta’ imblokkar ġenerali, li huwa maħsub biex jimblokka xi siti li trid u jikkonfigura permessi ta’ aċċess jew kontrolli tal-ġenituri;
2, Softwer ta’ imblokkar speċifiku għal-logħob tal-azzard, li huwa maħsub biex jimblokka siti tal-imħatri.
Jekk qed tilgħab online jista’ jkun li ftaħt għadd ta’ kontijiet. Jista’ jkun li għalaqt kont, u mbagħad ftaħt ieħor. Jekk issa ddeċidejt li trid tevita dan fil-futur, li żżid softwer ta’ imblokkar jista’ jgħin. Jekk xejn, jagħtik ħin biex taħseb meta jkollok leblieba biex tilgħab.
Dejjem huwa tajjeb li tagħmel ir-riċerka tiegħek, biex tara liema huwa l-aħjar prodott għalik.